Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2013 – Spanja vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑149/13)
“Rikors għal annullament — Terminu tar-rikors — Bidu tad-dekorrenza — Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali — Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Tmiem tal-erbatax-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-att inkwistjoni — Kalkolu (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1)) (ara l-punti 16, 17, 20, 23)
2. Rikors għal annullament — Termini — Natura ta’ ordni pubbliku — Rikors tardiv — Inammissibbiltà manifesta (Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 18)
Suġġett
| Talba għal annullament tal-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/126/12, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3), fis-settur “Riċerka”, fl-oqsma “Bijoloġija/Xjenzi tal-ħajja u tas-saħħa”, “Kimika”, “Fiżika u xjenzi tal-materjali”, “Riċerka nukleari”, “Inġinerija ċivili u mekkanika”, “Inġinerija elettrika u elettronika” (ĠU 2012, C 394 A, p. 11). |
Dispożittiv
1) | | Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) | | Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |