Language of document : ECLI:EU:T:2008:63

DIGRIET TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Awla ta’ l-Appell)

10 ta’ Marzu 2008

Kawża T-233/07 P

Maddalena Lebedef-Caponi

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera –Proċedura ta’ evalwazzjoni 2004 – Appell manifestament inammissibbli”

Suġġett: Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ April 2007, Lebedef-Caponi vs Il-Kummissjoni (F-71/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. M. Lebedef-Caponi għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

Sommarju

1.      Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti ppreżentati quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Inammissibbiltà

(Artikolu 225A KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11(1); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, punt (ċ) ta’ l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 138(1))

2.      Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà

(Artikolu 225A KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11(1); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, punt (ċ) ta’l-ewwel subparagrafutal-Artikolu 138(1))