Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Lulju 2010 - Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-342/07) 1

"Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Trasport bl-ajru - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni - Valutazzjoni tal-effetti ta' konċentrazzjoni fuq il-kompetizzjoni - Ostakoli għad-dħul - Effiċjenzi - Impenji"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Holdings plc (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: J. Swift, QC, V. Power, A. McCarthy u D. Hull, solicitors, u G. Berrisch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Aer Lingus Group plc (Dublin) (rappreżentanti: inizzjalment A. Burnside, solicitor, B. van de Walle de Ghelcke u T. Snels, avukati, sussegwentement minn A. Burnside u B. van de Walle de Ghelcke); u l-Irlanda (rappreżentanti: D. O'Hagan u J. Buttimore, aġenti, assistiti minn M. Cush, D. Barniville u N. Travers, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 3104, tas-27 ta' Ġunju 2007, li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.4439 - Ryanair/Aer Lingus).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

Ryanair Holdings plc għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Aer Lingus Group plc.

L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 269, 10.11.2007.