Language of document : ECLI:EU:T:2009:450





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009 – Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (350, 250 u 150)

(Kawżi magħquda T‑64/07 sa T‑66/07)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali 350, 250 u 150 – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 25-31)

Suġġett

Tliet rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Diċembru 2006 (Każijiet R 1033/2006‑4, R 1034/2006‑4 u R 1035/2006‑4), dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali 350, 250 u 150 bħala trade marks Komunitarji.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade marks verbali 350, 250 u 150 għall-prodotti fil-klassi 16

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjonijiet rrifjutati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appelli miċħuda


Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.