Language of document : ECLI:EU:T:2011:104





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Marzu 2011 – Ford Motor vs UASI – Alkar Automotive (CA)

(Kawża T-486/07)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CA – Trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti KA – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE)Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27, 92)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 85/2006‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ford Motor Company u Alkar Automotive, SA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Alkar Automotive, SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva CA, li tkopri b’mod partikolari prodotti fil-klassijiet 9, 11 u 12 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3186764

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Ford Motor Company

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks Komunitarji verbali u figurattiva KA għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 14, 16, 18, 20, 21, 27, 32 u 37

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ford Motor Company hija kkundannata għall-ispejjeż.