Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Marzu 2009 - Arpaillanage et vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Aġenti kuntrattwali - Reklutaġġ - Klassifikazzjoni - Ex esperti individwali - Diploma - Esperjenza professjonali - Eċċezzjoni ta' illegalità)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Joséphine Arpaillanage et (Santiago, iċ-Ċili) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Sulce u B. Driessen, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità Kompetenti li Tikkonkludi Kuntratti (AKTK) dwar l-iffissar tal-kundizzjonijiet ta' impjieg tar-rikorrenti, kif jirriżultaw mill-kuntratti tagħhom ta' aġent kuntrattwali, safejn in-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali rikonoxxut lilhom mill-AKTK huwa inqas minn numru ta' snin ta' esperjenza professjonali effettivament akkumultat mir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
____________1 - ĠU C 261, 28.10.2006, p. 35.