Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Lulju 2010 - Toqueville vs UASI - Schiesaro (TOCQUEVILLE 13)

(Kawża T-510/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' revoka - Trade mark Komunitarja verbali TOCQUEVILLE 13 - Nuqqas ta' osservanza tat-terminu għall-preżentata ta' rikors kontra deċiżjoni ta' revoka - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Toqueville Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: S. Bariatti, I. Palombella u E. Cucchiara, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Sempio, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Marco Schiesaro (Limbiate, l-Italja) (rappreżentanti: A. Canella u D. Camaiora, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta' Awwissu 2008 (Każ R 829/2008-2, dwar applikazzjoni għal restitutio in integrum ippreżentata mir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Toqueville Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 19, 24.1.2009.