Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2012 - Biscuits Poult vs UASI - Banketbakkerij Merba (Biscuits)
(Kawża T-494/12)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Biscuits Poult (Montauban, Franza) (rappreżentant: C. Chapoullié, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Banketbakkerij Merba BV (Oosterhout, il-Belġju)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla jew tal-inqas tirriforma d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta' Awwissu 2012 fil-Każ R 914/2011-3;
tikkonferma d-deċiżjoni mogħtija mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li rrikonoxxiet il-validità tal-Mudell Nru 001114292-0001;
tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità rreġistrata taħt ir-referemza ICD 000007120; u
tikkundanna lill-kumpannija Banketbakkerij Merba BV għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : Mudell ta' gallettina li fin-nofs hija mdewba, għal gallettini fil-klassi 01-01 - Mudell Komunitarju Nru 001114292-0001
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Banketbakkerij Merba BV
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Ksur tal-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament Nru 6/2002
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: It-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità hija miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ir-rikors huwa milqugħ u l-mudell Komunitarju huwa ddikjarat null
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002
____________