Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fl14 ta’ Settembru 2023 – AF vs Cofidis Magyarországi Fióktelepe
(Kawża C565/23, Cofidis Magyarországi Fióktelepe)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fġvárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: AF
Konvenut: Cofidis Magyarországi Fióktelepe
Domandi preliminari
Fil-każ li l-invalidità (natura inġusta tal-informazzjoni dwar ir-riskju tal-kambju) taffettwa s-suġġett prinċipali tal-kuntratt u li klawżola inġusta ma għandhiex tiġi applikata, dispożizzjoni leġiżlattiva (l-Artikolu 37(1) tal-Liġi DH2) li, mingħajr evalwazzjoni ta’ jekk huwiex possibbli li l-kuntratt jiġi eżegwit, timponi fuq il-konsumatur l-obbligu minn qabel li, diġà sa mill-mument li jressaq it-talba tiegħu, iressaq talba intiża sabiex il-kuntratt jiġi ddikjarat validu jew li jipproduċi effetti, hija konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur ?1
Jekk il-qorti tikkonkludi, wara l-eżami tagħha, li ma huwiex possibbli li l-kuntratt jiġi eżegwit, huwa ġġustifikat li l-konsumatur jiġi mistieden, fil-każ ta’ invalidità totali tal-kuntratt, jikkomunika jekk huwiex qiegħed jitlob l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni inizjali (C126/17 u C472/20) jew l-applikazzjoni tar-regoli tal-arrikkiment indebitu (C520/21), u sabiex jipproduċi l-likwidazzjoni korrispondenti prevista mid-dritt proċedurali?
____________
1ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100.