Language of document : ECLI:EU:T:2013:396





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Awwissu 2013 —
Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑366/13 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija lil kumpanniji responsabbli li jipprovdu servizz pubbliku li jikkonsisti f’li jiġu pprovduti konnessjonijiet marittimi bejn Corse u Marseille — Kumpens għal servizz kumplementari għas-servizz bażiku, intiż sabiex ikopri l-perijodi l-iktar frekwentati matul l-istaġun turistiku — Deċiżjoni li tikklassifika dawn il-kumpensi bħala għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħhom mingħand il-benefiċjarji — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 14-16)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu finanzjarju — Seħħ tad-dannu li jiddependi minn avvenimenti futuri u inċerti — Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 24, 34, 37, 42, 50, 56)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu li jista’ jiġi invokat minn Stat Membru (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 25)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru u mhux lill-benefiċjarju — Teħid inkunsiderazzjoni tal-miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni — Miżuri mhux vinkolanti — Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 278 TFUE, 279 TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 29, 41, 56)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat — Eżistenza quddiem il-qorti nazzjonali ta’ rimedji kontra l-miżuri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni — Setgħa tal-qorti tal-Unjoni li tikkunsidra tali rimedji ġudizzjarji fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-mertu tat-talba għal miżuri provviżorji (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 44-47)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1926 finali, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22843 (2012/C) (ex 2012/NN) implementata minn Franza favur is-Société nationale Corse Méditerranée u l-Compagnie méridionale de navigation.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.