Sentenza tal-Qorti tal-Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 – Monoscoop vs UASI (SUDOKU SAMURAI BINGO)
(Kawża T-564/08)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SUDOKU SAMURAI BINGO – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 18, 28, 35)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Settembru 2008 (Każ R 816/2008-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SUDOKU SAMURAI BINGO bħala trade mark Komunitarja. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: | Monoscoop BV |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: | Trade mark verbali SUDOKU SAMURAI BINGO għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 41 – Applikazzjoni Nru 5769013 |
Deċiżjoni tal-eżaminatur: | Applikazzjoni miċħuda |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Appell miċħud |
Dispożittiv
2) | | Monoscoop BV hija kkundannata għall-ispejjeż. |