Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-309/12) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Servizzi ta’ rimi ta’ karkassi tal-annimali u ta’ skart tal-biċċeriji – Żamma ta’ riżerva ta’ kapaċitajiet f’każ ta’ epiżutija – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ impriża – Vantaġġ – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Kumpens relatat mal-obbligu ta’ servizz pubbliku – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorzjoni tal-kompetizzjoni – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Neċessità tal-għajnuna – Sussidjarjetà – Aspettativi leġittimi – Ċertezza legali – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rheinland-Pfalz, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg (Rivenich, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kerkmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizzjalment V. Kreuschitz u T. Maxian Rusche, sussegwentement T. Maxian Rusche u C. Egerer, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Saria Bio-Industries AG & Co. KG (Selm, il-Ġermanja); SecAnim GmbH (Lünen, il-Ġermanja); u Knochen- und Fett-Union GmbH (KFU) (Selm) (rappreżentanti: U. Karpenstein u C. Johann, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [2012/485/UE], tal-25 ta’ April 2012, dwar l-għajnuna mill-istat SA.25051 (C 19/10) (ex NN 23/10) mogħti[ja] mill-Ġermanja lil Zweckverband Tierkörperbeseitigung f’Rhineland-Palatinate, Saarland, Rheingau-Taunus-Kreis u Landkreis Limburg-Weilburg (ĠU L 236, p. 1)DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rhineland-Palatinate, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura prinċipali kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.Saria Bio-Industries AG & Co. KG, SecAnim GmbH u Knochen- und Fett-Union GmbH (KFU) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċedura prinċipali.Z

weckverb

and Tierkörperbeseitigung in Rhineland-Palatinate, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg għandha tbati l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.