Language of document : ECLI:EU:T:2012:403





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Settembru 2012 –
Farage vs Il-Parlament u Buzek

(Kawża T-564/11)

“Dritt istituzzjonali — Deċiżjoni tal-President tal-Parlament li timponi fuq deputat Ewropew is-sanzjoni tat-telf tal-jedd għall-allowance ta’ soġġorn għal għaxart ijiem — Deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament li tiddikjara inammissibbli t-talba tad-deputat li jiddefendi l-immunità Parlamentari tiegħu — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti Ġenerali — Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Rikors ippreżentat kontra l-korp tal-istituzzjoni kompetenti li tadotta d-deċiżjoni kkontestata — Inammissibbiltà — Rikors li kellu jiġi ppreżentat kontra l-istituzzjoni awtriċi tal-att (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 18)

2.                     Rikors għal annullament — Termini — Natura ta’ ordni pubbliku — Eżami ex officio mill-qorti tal-Unjoni — Rikors tardiv — Dekadenza (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 20-23)

3.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Deċiżjoni dwar id-difiża tal-immunità adottata mill-Parlament wara talba tad-deputat ikkonċernat — Deċiżjoni li ma tipproduċix effetti vinkolanti fir-rigward tal-qrati nazzjonali — Inammissibbiltà tar-rikors (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 27-28)

Suġġett

Talba għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tat-2 ta’ Marzu 2010 tal-President tal-Parlament, li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni tat-telf tal-jedd għall-allowance ta’ soġġorn għal għaxart ijiem, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tal-24 ta’ Marzu 2010 tal-uffiċċju tal-Parlament, li tikkonferma d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq tal-President tal-Parlament, it-tielet nett, tad-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament, li tiddikjara inammissibbli t-talba tar-rikorrent li jiddefendi l-immunità tiegħu, ir-raba’ nett, tad-deċiżjoni tal-Parlament li barra minn hekk ma ġietx identifikata.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

N. P. Farage għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.