Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2013 – Chin Haur Indonesia vs Il-Kunsill

(Kawża T-412/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chin Haur Indonesia, PT (Tangerang, l-Indoneżja) (rappreżentanti: T. Müller-Ibold u F.-C. Laprévote, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment l-Artikoli 1(1) u 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 1 sa fejn dawn jestendu d-dazju antidumping għar-rikorrenti u jirrifjutaw it-talba għal eżenzjoni tagħha;

tordna lill-Kunsill sabiex iħallas kemm l-ispejjeż legali kif ukoll spejjeż oħra relatati ma’ din il-kawża; u

tieħu kwalunkwe miżura oħra li l-Qorti Ġenerali tqis xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni u l-Kunsill naqsu milli jipproduċu prova li turi l-evażjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja u għalhekk wetqu żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li:

il-konklużjoni li kienet saret bidla fid-drawwiet tal-kummerċ hija manifestament żbaljata;

il-Kunsill bi żball allega li l-produtturi Indoneżjani, b’mod partikolari r-rikorrenti, kienu qegħdin jagħmlu trażbord ta’ roti miċ-Ċina għall-UE.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill bi żball sab li r-rikorrenti ma kinitx qiegħdha tikkoopera u li nuqqas ta’ kooperazzjoni bħal dan kien jiġġustifika r-rifjut għal eżenzjoni tagħha, peress li:

ir-rikorrenti kkooperat bl-aħjar mod li setgħet;

il-kunsiderazzjoni ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni hija infondata;

il-kunsiderazzjoni tal-Kunsill dwar in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tikkostitwixxi nuqqas ta’ motivazzjoni;

il-Kunsill naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni informazzjoni addizzjonali pprovduta mir-rikorrenti.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-drittijiet tar-rikorrenti li tgawdi mill-garanziji previsti mil-liġi ġew miksura matul l-investigazzjoni, peress li:

il-Kummissjoni ma kkonformatx mal-obbligu tagħha sabiex tikkunsidra b’mod imparzjali l-evidenza miġjuba quddiemha;l-investigazzjoni tal-Kummissjoni kienet tinkludi rregolaritajiet fil-proċeduri.Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-rifjut milli tingħata eżenzjoni lir-rikorrenti jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, peress li:il-Kummissjoni ddiskriminat kontra r-rikorrenti billi tat l-eżenzjoni lil esportaturi li kienu jinsabu f’sitwazzjoni simili filwaqt li rrifjutat milli tilqa’ t-talba għal eżenzjoni tar-rikorrenti; ir-rikorrenti ngħatat b’mod żbaljat l-istess trattament bħal produtturi li ma wrew l-ebda sinjal ta’ kooperazzjoni. Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li s-sejbiet tar-Regolament ta’ Implementazzjoni dwar dannu u dumping huma inkonsistenti mar-regolament bażiku dwar l-antidumping, peress li:is-sejba tal-imminar tal-effett rimedjali tad-dazju antidumping hija żbaljata. il-Kummissjoni stabbi

lixxiet id-dumping permezz ta’ data li la kienet affidabbli u lanqas adegwata u b

’mod żbaljat irrifjutat milli tieħu inkunsiderazzjoni data rigward prezzijiet sottomessi mir-rikorrenti.

____________

____________

1 Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013

, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popo

lari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tun