Language of document : ECLI:EU:T:2014:888





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2014 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑297/12)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lil terzi ta’ informazzjoni allegatament dannuża għar-reputazzjoni tar-rikorrenti — Danni morali — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 28-33)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Dannu reali u ċert ikkawżat minn att illegali — Oneru tal-prova — Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lil terzi ta’ informazzjoni allegatament dannuża għar-reputazzjoni tar-rikorrent — Informazzjoni li tagħmel riferiment għall-eżistenza ta’ investigazzjoni miftuħa fir-rigward tiegħu, iżda mhux għall-allegazzjonijiet magħmula u lanqas għad-dispożizzjonijiet inkwistjoni — Assenza ta’ dannu reali (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 46, 58, 64)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Kunċett — Prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ proporzjonalità — Esklużjoni (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 76, 78)

4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Żvelar ta’ informazzjoni mhux kunfidenzjali fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti — Assenza ta’ ksur tal-obbligu ta’ sigriet professjonali — Esklużjoni (Artikolu 287 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 80‑82, 93, 94)

Suġġett

Talba għal kumpens tad-dannu allegatament imġarrab minħabba kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lil terzi, fl-ittra tagħha tat-3 ta’ Lulju 2007, ta’ ċerta informazzjoni dwar, minn naħa, investigazzjoni amministrattiva tal-Kummissjoni li tikkonċerna r-rikorrenti, u min-naħa l-oħra, il-politika ta’ din tal-aħħar fil-qasam tar-reklutaġġ tal-persunal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.