Appell ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2024 minn Teva Pharmaceutical Industries Ltd u Cephalon Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fit-18 ta’ Ottubru 2023 fil-Kawża T-74/21, Teva Pharmaceutical Industries u Cephalon vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-2/24 P)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Teva Pharmaceutical Industries Ltd, Cephalon Inc. (rappreżentanti: S. Ortoli, D. Tayar, avocats)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
tilqa’ dan l-appell u tiddikjara r-rikors ammissibbli;
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2023 fil-Kawża T-74/21;
tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tingħata sentenza ġdida, sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma tqisx li għandha biżżejjed informazzjoni sabiex tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-każ AT.39686-CEPHALON 1 ;
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, inklużi l-ispejjeż sostnuti mill-appellanti quddiem din il-Qorti u quddiem il-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jressqu żewġ aggravji insostenn tat-talba tagħhom:
Is-sentenza hija vvizzjata bi żball manifest ta’ liġi peress li żnaturat it-test stabbilit f’Generics UK għall-analiżi tal-allegata restrizzjoni minħabba l-għan tal-ftehim ta’ riżoluzzjoni.
Is-sentenza hija vvizzjata bi żball manifest ta’ liġi fil-konstatazzjoni tagħha li l-ftehim ta’ riżoluzzjoni kien restrittiv għall-kompetizzjoni minħabba r-riżultat.
____________
1 Deċiżjoni tas-26 ta’ Novembru 2020.