Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Diċembru 2008 - Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat vs UASI - Mary Quant Cosmetics Japan (AGATHA RUIZ DE LA PRADA)

(Kawża T-523/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat (Madrid, Spanja) (rappreżentant: R. Bercovitz Álvarez, abogado)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mary Quant Cosmetics Japan Ltd (Tokyo, il-Ġappun)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-punti 1 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata u li jiġu mibdula b'deċiżjoni oħra li permezz tagħha tiġi rreġistrata t-trade mark Komunitarja Nru 3.291.234 għal prodotti mitluba kollha fil-klassi 3 tal-Klassifikazzjoni (li jinkludu "sapun, fwejjaħ, żjut essenzjali, kożmetiċi, lozzjonijiet għax-xaghar") u li MARY QUANT Cosmetics Japan Ltd tiġi kkundannata għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta' oppożizzjoni, u

tikkundanna lill-UASI u lil kwalunkwe intervenjent jew kull parti rrappreżentata oħra għall-ispejjeż ta' din il-kawża,

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li tirrappreżenta fjura roża b'ċentru isfar, fuq sfond aħdar ċar bil-kliem AGATHA RUIZ DE LA PRADA (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.291.234) għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 14 u 21, fost oħrajn.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: MARY QUANT Cosmetics Japan Ltd.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva li tirrappreżenta fjura sewda, b'ċentru tal-istess kulur li huwa ddefinit b'ċirkonferenza bajda: trade marks Brittaniċi għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5, u Komunitarja, għal prodotti fil-klassijiet 3 u 21.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell parzjalment milqugħ.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________