Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Frar 2024 – Birių Krovinių Terminalas vs EUIPO – Btk Befrachtungs-und Transportkontor (BKT)

(Kawża T-56/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Birių Krovinių Terminalas UAB (Klaipėda, il-Litwanja) (rappreżentant: V. Viešūnaitė, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Btk Befrachtungs-und Transportkontor GmbH (Rosenheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BKT – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 445 462

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 637/2023-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata billi tilqa’ d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tal-24 ta’ Jannar 2023 fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż kollha mħallsa u sostnuti mir-rikorrenti fis-sens tal-Artikoli 134, 139, 140 u 190 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________