Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Frar 2012 - Land Burgenland u L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-268/08 u T-281/08) 

["Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Awstrijaċi lill-grupp Grazer Wechselseitige (GRAWE) fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kriterju tal-investitur privat f'ekonomija ta' suq - Applikazzjoni fis-sitwazzjoni fejn l-Istat jaġixxi bħala bejjiegħ - Determinazzjoni tal-prezz tas-suq"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Land Burgenland (l-Awstrija) (rappreżentanti: U. Soltész u C. Herbst, avukati) (Kawża T-268/08); u r-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: G. Hesse, C. Pesendorfer, E. Riedl, M. Fruhmann u J. Bauer, aġenti) (Kawża T-281/08)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Kreuschitz, N. Khan u K. Gross, sussegwentement V. Kreuschitz, N. Khan u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/719/KE, tat-30 ta' April 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 56/06 (ex NN 77/06) mogħtija mill-Awstrija fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland (ĠU L 239, p. 32).

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Ir-Repubblika tal-Awstrija u l-Land Burgenland huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 247, 27.09.2008.