Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta' Mejju 2007 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni kontra aċċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol - Aċċidenti fuq il-post tax-xogħol - Għeluq tal-proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 73 ta' l-Istatut )
Lingwa tal-kawża:It- Taljan
Partijiet
Rikorrent: Marcuccio (Tricase, L-Italja) (rappreżentant: I. Cazzato, Avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser, Aġent, A.Dal Ferro, Avukat)
Suġġett tal-Kawża
L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tgħalaq il-proċedura dwar l-għoti lir-rikorrent ta' benefiċċji stabbiliti fl-Artikolu 73 ta' l-Istatut marbuta ma' l-aċċident ta' l-10 ta' Settembru 2003 li kien il-vittma tiegħu.
Dispożittiv tad-digriet
L-appell huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
____________1 - ĠU C 86 tat-08/04/06 p. 48.