Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Awissu 2009 - skytron energy vs UASI (arraybox)

(Kawża T-321/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: skytron energy GmbH & Co. KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Omsels, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-4 ta' Ġunju 2009 fil-Każ R 1680/2008-1;

sussidjarjament, tirrinvija l-każ lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "arraybox" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 37, 38 u 42 (Applikazzjoni Nru 6 710 479)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009  peress li s-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni mhuwiex deskrittiv u għandu l-karattru distintiv meħtieġ.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78 p. 1)