Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' April 2008 - Aurelia Finance vs L-UASI (AURELIA)

(Kawża T-136/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aurelia Finance SA (Ġinevra, L-Iżvizzera) (rappreżentant: M. Elmslie, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell tad-9 ta' Jannar 2008 fil-każ R 1214/2007-1;

Tirrinvija t-talba tar-rikorrenti għal restitutio in integrum lill-UASI għal eżami mill-ġdid; u

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali li tikkonsisti fil-kelma AURELIA għal servizzi differenti fil-klassi 36 - applikazzjoni Nru 274 936

Deċiżjoni ta' l-UASI: Ċaħda tat-talba għal restitutio in integrum

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi: Ksur ta' l-Artikolu 78 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 billi l-livell ta' attenzjoni meħtieġ f'konessjoni ma' tiġdid amministrattivi huwa inqas minn dak għal parti fi proċeduri quddiem l-UASI.

____________