Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 2008 - Schunk u Schunk Kohlenstoff-Technik vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-69/04)

("Kompetizzjoni − Akkordji − Suq tal-prodotti abbażi ta' karbonju u grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi − Eċċezzjoni ta' illegalità − Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 − Attribwibbiltà ta' imġiba illegali − Linji gwida għall-kalkolu ta' l-ammont tal-multi − Gravità u effett tal-ksur − Effett dissważiv − Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva − Prinċipju ta' proporzjonalità − Prinċipju tat-trattament ugwali − Kontrotalba għal żieda fl-ammont tal-multa")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schunk GmbH (Thale, il-Ġermanja) u Schunk Kohlenstoff-Technik GmbH (Heuchelheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: l-ewwel R. Bechtold u S. Hirsbrunner, wara R. Bechtold, S. Hirsbrunner u A. Schädle, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel F. Castillo de la Torre u H. Gading, wara F. Castillo de la Torre u M. Kellerbauer, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/420/KE, tat-3 ta' Diċembru 2003, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża C.38.359 − Prodotti abbażi tal-karbonju u tal-grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis ta' l-ammont tal-multa imposta lir-rikorrenti minn din id-deċiżjoni u min-naħa l-oħra, kontrotalba min-naħa tal-Kummmissjoni intiża għaż-żieda tal-ammont tal-imsemmija multa.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Schunk GmbH u Schunk Kohlenstoff-Technik GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 106, 30.04.2004.