Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 2008 - Carbone-Lorraine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-73/04)

("Kompetizzjoni − Akkordji − Suq tal-prodotti abbażi ta' karbonju u grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi − Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi − Gravità u tul ta' żmien tal-ksur − Ċirkustanzi mitiganti − Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva − Prinċipju ta' proporzjonalità − Prinċipju tat-trattament ugwali")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Le Carbone-Lorraine (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: l-ewwel A. Winckler u I. Simic, wara A. Winckler u H. Kanellopoulos, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel F. Castillo de la Torre u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/420/KE tat-3 ta' Diċembru 2003, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ C.38.359 − Prodotti abbażi tal-karbonju u tal-grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi), u, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta lir-rikorrenti minn din id-Deċiżjoni.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Le Carbone-Lorraine hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 106, 30.04.2004.