Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Ġunju 2007 - Budĕjovický Budvar u Anheuser-Busch vs L-UASI (AB GENUINE Budweiser KING OF BEERS)

(Kawżi magħquda T-57/04 u T-71/04)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li fiha l-kliem 'AB', 'genuine', 'budweiser', 'king of beers' - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti BUDWEISER - Denominazzjonijiet ta' oriġini rreġistrati skond il-Ftehim ta' Lisbona - L-Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Aċċettazzjoni u ċaħda parzjali ta' l-oppożizzjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti fil-kawża T-57/04: Budĕjovický Budvar, národní podnik (České Budĕjovice, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: F. Fajgenbaum, avukat)

Rikorrenti fil-kawża T-71/04: Anheuser-Busch, Inc. (Saint Louis, Missouri, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment V. von Bomhard, A. Renck, A. Pohlmann, D. Ohlart u B. Goebel, wara V. von Bomhard, A. Renck, D. Ohlgart u B. Goebel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u I. de Medrano Caballero, aġenti)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Anheuser-Busch, Inc. (fil-kawża T-57/04) u Budĕjovický Budvar, národní podnik (fil-kawża T-71/04)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-3 ta' Diċembru 2003 (każijiet R 1024/2001-2 u R 1000/2001-2), li tirrigwarda proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Budějovický Budvar, národní podnik u Anheuser-Busch, Inc.

Dispożittiv tas-sentenza

1)    Fil-kawża T-57/04:

-    ir-rikors huwa miċħud;

-    Budějovický Budvar, národní podnik għandha tbati l-ispejjeż.

2)    Fil-kawża T-71/04:

-    mhemmx iktar lok li tiddeċiedi dwar ir-rikors;

-    Anheuser-Busch, Inc. għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 94 tas-17.04.2004.