Language of document : ECLI:EU:T:2014:117





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2014 –

El Corte Inglés vs UASI – Technisynthese (BTS)

(Kawża T‑592/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BTS – Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti TBS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali tad-drittijiet u tal-fatti mhux ippreżentati qabel quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju – Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 19)

2.                     Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti – Assenza ta’ tressiq ta’ motiv ibbażat fuq l-insuffiċjenza tal-prova tal-użu ġenwin (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2)) (ara l-punt 21)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b) u (2)(a)(ii)) (ara l-punti 33, 34)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali BTS u trade marks figurattivi TBS (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 36, 59, 64, 69)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 37-39)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Possibbiltà ta’ xebh bejn trade mark figurattiva u trade mark verbali (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 41)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Settembru 2010 (Każ R 1380/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Technisynthese SARL u El Corte Inglés, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.