Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Frar 2011 - Abercrombie & Fitch Europe vs UASI - Gilli (GILLY HICKS)
"Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Abercrombie & Fitch Europe SA (Mendrisio, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, D. Stone u L. Ritchie, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Gilli Srl (Milano, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Mejju 2010 (Każ R 832/2008-1) dwar proċedimenti ta'oppożizzjoni bejn Gilli Srl u Abercrombie & Fitch Europe SA.
Dispożittiv
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut.
____________1 - ĠU C 274, 09.10.2010.