Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2011 - Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-488/10) 

("FEŻR - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja - Intervent strutturali Komunitarju fir-reġjun ta' Martinique - Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 93/37/KEE - Kunċett ta' "sussidju dirett" - Kunċett ta' "tagħmir sportiv, rikreattiv u ta' divertiment" - Obbligu ta' motivazzjoni - Prinċipju ta' proporzjonalità")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues u N. Rouam, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 5229, tat-28 ta' Lulju 2010, dwar it-tneħħija parzjali tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), abbażi ta' dokument uniku ta' programmazzjoni tal-objettiv 1 għal intervent strutturali Komunitarju fir-reġjun ta' Martinique fi Franza.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 13, 15.01.2011.