Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Islamic Republic of Iran Shipping Lines et al vs Il-Kunsill

(Kawża T-489/10)1

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuniMiżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleariIffriżar ta’ fondiObbligu ta’ motivazzjoniŻball ta’ evalwazzjoni”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Islamic Republic of Iran Shipping Lines (Téhéran, l-Iran) u s-17-ir-rikorrent l-ieħor li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: F. Randolph, QC, M. Lester, barrister, u M. Taher, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Partijiet konvenuti in sostenn tal-parti konvenuta : Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u T. Scharf, aġenti); u r-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u É. Ranaivoson, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1)DispożittivIs-segwenti strumenti huma annullati, sa fejn dawn jikkonċernaw lil Islamic Republic of Iran Shipping Lines kif ukoll lis-17-ir-rikorrent l-ieħor li isimhom huwa inkluż fl-anness:l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK;l-Anness tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413;l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007;l-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.L-effetti tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, jinżammu inoltrati fil-konfront ta’ Islamic Republic of Iran Shipping Lines kif ukoll tas-17-ir-rikorrent l-ieħor li isimhom huwa inkluż fl-anness sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tar-Regolament 267/2012.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn Islamic Republic o

f Iran Shipp

ing Lines kif ukoll mis-17-ir-rikorrent l-ieħor li isimhom huwa inkluż fl-anness.Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

____________

1  ĠU C 30, 29.0