Language of document : ECLI:EU:T:2013:453

Kawża T‑489/10

Islamic Republic of Iran Shipping Lines et

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla)
tas-16 ta’ Settembru 2013

1.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Limiti — Sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom — Obbligu li tiġi kkomunikata l-motivazzjoni fl-istess ħin tal-att li jikkawżalu preġudizzju — Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fil-mori tal-kawża — Inammissibbiltà

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2007, Artikolu 15(3) Nru 961/2010, Artikolu 36(3) u Nru 267/2012, Artikolu 46(3))

2.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Miżuri restrittivi bbażati fuq kriterji alternattivi — Deċiżjoni li taqa’ taħt kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li jippermettilha li tifhem il-portata tal-miżura adottata fil-konfront tagħha — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni bbażata fuq elementi pprovduti minn korpi jew istituzzjonijiet oħra

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2007, Artikolu 15(3) Nru 961/2010, Artikolu 36(3) u Nru 267/2012, Artikolu 46(3))

3.      Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Miżuri adottati fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Portata tal-istħarriġ

4.      Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Aġir li jikkorrispondi għal appoġġ għal tali proliferazzjoni — Assenza — Riskju ta’ appoġġ għall-proliferazzjoni fil-futur — Natura insuffiċjenti sabiex tiġġustifika miżura tal-iffriżar tal-fondi

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(b); Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2007, Artikolu 7(2), Nru 961/2010, Artikolu 16(2)(a) u Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(a))

5.      Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jappoġjaw il-proliferazzjoni nukleari — Obbligu li din il-miżura tiġi estiża għall-entitajiet miżmuma jew ikkontrollati minn tali entità

6.      Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Annullament parzjali f’żewġ mumenti differenti ta’ żewġ atti li jinkludu miżuri restrittivi identiċi — Riskju ta’ preġudizzju serju għaċ-ċertezza legali — Żamma tal-effetti tal-ewwel wieħed minn dawn l-atti sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tat-tieni wieħed

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u 280 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 60; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012)

7.      Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Annullament parzjali ta’ regolament u ta’ deċiżjoni li tikkonċerna l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fil-konfront tal-Iran — Dħul fis-seħħ tal-annullament tar-regolament sa mill-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell jew miċ-ċaħda ta’ dan tal-aħħar — Applikazzjoni ta’ dan it-terminu għad-dħul fis-seħħ tal-annullament tad-deċiżjoni

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u 280 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 60; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 28, 29, 31)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 30, 33, 35, 37, 39)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 42)

4.      Il-formulazzjoni użata mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140, fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 423/2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, fl-Artikolu 16(2)(a), tar-Regolament Nru 961/2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 423/2007 u fl-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 267/2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 961/2010 tfisser li l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fil-konfront ta’ persuna jew ta’ entità, minħabba l-appoġġ li tat lill-proliferazzjoni nukleari, jippresupponi li din tkun adottat aġir li jikkorrispondi għal dan il-kriterju. Għall-kuntrarju, is-sempliċi riskju li l-persuna jew l-entità kkonċernata tkun, fil-futur, ta appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari ma huwiex suffiċjenti. Barra minn hekk, l-adozzjoni u ż-żamma tal-miżuri restrittivi ma jistgħux ikunu validament imsejsa fuq preżunzjoni li ma kinitx prevista mil-leġiżlazzjoni applikabbli u li ma tissodisfax l-għan ta’ din tal-aħħar. F’dan ir-rigward, jekk il-Kunsill iqis li l-leġiżlazzjoni applikabbli ma tippermettilux li jintervjeni b’mod suffiċjentement effikaċi bil-għan li jikkumbatti l-proliferazzjoni nukleari, huwa kunsiljabbli li jwettaq tibdiliet fir-rwol tiegħu ta’ leġiżlatur, mingħajr ħsara għall-istħarriġ tal-legalità eżerċitat mill-qorti tal-Unjoni, sabiex iwessa’ l-ipoteżijiet li fihom jistgħu jiġu adottati miżuri restrittivi.

Għall-kuntrarju, l-intenzjoni li jiġi żgurat effett preventiv l-iktar wiesa’ possibbli tal-miżuri restrittivi ma tistax tirriżulta f’interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni viġenti li tmur kontra t-termini ċari tagħha. Konsegwentement, għalkemm tidher li hija ġġustifikata l-kunsiderazzjoni li l-fatt li entità kienet involuta fi tliet inċidenti li jikkonċernaw it-trasport ta’ materjal militari bi ksur tal-projbizzjoni prevista tar-riżoluzzjoni tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jżid ir-riskju li huma involuti wkoll f’inċidenti li jikkonċernaw it-trasport ta’ materjal marbut mal-proliferazzjoni nukleari, dik iċ-ċirkustanza ma tiġġustifikax, fl-istat attwali tal-leġiżlazzjoni applikabbli, l-adozzjoni u ż-żamma ta’ miżuri restrittivi fil-konfront tagħhom.

(ara l-punti 48, 57, 59, 62, 64-66)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 75)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 81, 83)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 82)