Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2023 – Interapothek vs EUIPO – Q4 Media (miababy)
(Kawża T-1169/23)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Interapothek, SA (Santomera, Spanja) (rappreżentant: M. González Aleixandre, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Q4 Media (Poiana Câmpina, ir-Rumanija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea miababy – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 507 117
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 1529/2023-1
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.
sussidjarjament (jekk tintervjeni l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell) tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell in solidum għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________