Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Settembru 2008 – Gόrażdże Cement vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-193/07)
“Rikors għal annullament – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għall-Polonja għall-perijodu mill-2008 sal-2012 – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet taħt ċerti kundizzjonijiet – Kompetenza tal-Istati Membri fit-tqassim individwali tal-kwoti ta’ emissjonijiet – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess dirett – Kriterji (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 9(1) u (3), u 11(2)) (ara l-punti 21, 27, 44, 45)
2. Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (PNA) – Proċedura ta’ notifika tal-PNA (Artikoli 175 KE u 176 KE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 9(3), u 11(1) u (2)) (ara l-punti 30-33, 38-40)
Suġġett
| Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 1295 finali tas-26 ta’ Marzu 2007 dwar il-pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika tal-Polonja għall-perijodu mill-2008 sal-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva [tal-Kunsill] 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32). |
Dispożittiv
1) | | Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) | | Gόrażdże Cement S.A. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni. |