Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) - l-Irlanda) – Nalini Chenchooliah vs Minister for Justice and Equality

(Kawża C-94/18) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ċittadinanza tal-Unjoni – Artikolu 21 TFUE – Dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ Stat Membru – Direttiva 2004/38/KE – Artikolu 3(1) u Artikoli 15, 27, 28, 30 u 31 – Kunċett ta’ ‘benefiċjarju’ – Ċittadin ta’ Stat terz konjuġi ta’ ċittadin tal-Unjoni li eżerċita l-libertà ta’ moviment tiegħu – Ritorn ta’ ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru li tiegħu għandu n-nazzjonalità fejn qiegħed jiskonta piena ta’ priġunerija – Rekwiżiti imposti fuq l-Istat Membru ospitanti bis-saħħa tad-Direttiva 2004/38/KE meta tittieħed deċiżjoni ta’ tneħħija tal-imsemmi ċittadin ta’ Stat terz)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nalini Chenchooliah

Konvenut: Minister for Justice and Equality

Dispożittiv

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal deċiżjoni ta’ tneħħija meħuda fir-rigward ta’ ċittadina ta’ Stat terz minħabba li din ma jkollhiex iktar dritt ta’ residenza skont din id-direttiva, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali fejn din iċ-ċittadina tkun iżżewġet ma’ ċittadin tal-Unjoni f’mument meta dan iċ-ċittadin ikun għamel użu mil-libertà ta’ moviment tiegħu meta mar u rrisjeda ma’ din iċ-ċittadina ta’ Stat terz fl-Istat Membru ospitanti, fejn dan iċ-ċittadin ikun, sussegwentement, irritorna fl-Istat Membru li tiegħu għandu ċ-ċittadinanza. Minn dan isegwi li l-garanziji rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 30 u 31 tad-Direttiva 2004/38 huma imposti matul l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni ta’ tneħħija, li fl-ebda każ ma tista’ tkun akkumpanjata minn projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju.

____________

1     ĠU C 152, 30.4.2018.