Appell ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2023 minn Sanity Group GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-7 ta’ Ġunju 2023 fil-Kawża T-541/22, Sanity Group vs EUIPO - AC Marca Brands
(Kawża C-533/23 P)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Sanity Group GmbH (rappreżentant: B. Koch, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, AC Marca Brands, SL
Permezz ta’ digriet tal-15 ta’ Diċembru 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kellux jiġi ammess u li l-appellant għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
____________