Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Diċembru 2012 - Al Toun u Al Toun Group vs Il-Kunsill

(Kawża T-326/12) 

(" Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra s-Sirja - Revoka tal-lista tal-persuni kkonċernati - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni ")

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Salim Georges Al Toun (Al Ghassaneya Lattakia, is-Sirja) u Al Toun Group (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: S. Koev, avukat)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u I. Gurov, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal- 1 ta' Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56), tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK, tal-14 ta' Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 126, p. 9), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta' Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta' Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 126, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 311, 13.10.2012.