Language of document : ECLI:EU:T:2011:420





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Settembru 2011 – ClientEarth vs Il-Kunsill

(Kawża T-452/10)

“Rikors għal annullament – Rappreżentanza minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz – Inammissibbiltà manifesta”

Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-firmatarju - Kwalità ta’ terz fir-rigward tal-partijiet - Assoċjazzjoni karitattiva rrapreżentata minn wieħed mit-trustees tagħha - Inammissibbiltà - Trustee li la huwa impjegat u lanqas direttur responsabbli mill-ġestjoni ta’ kuljum tal-assoċjazzjoni - Assenza ta’ effett (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 19; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 43(1)) (ara l-punti 15-20)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għal opinjoni mogħtija mis-servizz legali tal-Kunsill (dokument Nru 6865/09) dwar l-abbozz ta’ emendi tal-Parlament Ewropew għall-proposta ta’ regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

ClientEarth hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.