Language of document : ECLI:EU:T:2012:310





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2012 — L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑37/11)

“Rikors għal annullament — Strument temporanju intiż għall-finanzjament tal-azzjonijiet għall-fruntieri esterni ġodda tal-Unjoni għall-implementazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u l-kontroll tal-fruntieri (faċilità Schengen) — Kontribuzzjoni favur l-Ungerija għall-perijodu mill-2004 sal-2006 — Irkupru ta’ parti mill-ammont imħallas — Att li jista’ jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża — Riferiment, fir-rikors, għal att preliminari għal dak ikkontestat — Riferiment li ma jeskludix il-possibbiltà li jiġi identifikat is-suġġett tal-kawża (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)) (ara l-punti 25-27)

2.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Atti intiżi li joħolqu effetti legali — Kunċett — Strument temporanju intiż għall-finanzjament tal-azzjonijiet għall-fruntieri esterni ġodda tal-Unjoni għall-implementazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u l-kontroll tal-fruntieri (faċilità Schengen) — Nota ta’ debitu tal-Kummissjoni li tirkupra somom minfuqa b’mod inġustifikat, wara r-rapport finali tal-Kummissjoni dwar il-clearance tal-kontijiet tal-faċilità Schengen li tirrigwarda l-għajnuna mħallsa lill-Ungerija fil-perijodu mill-2004 sal-2006 — Peress li nota ta’ debitu hija biss att ta’ implementazzjoni ta’ deċiżjoni preċedenti, l-obbligu tar-rimbors ma jitnissilx fil-mument tal-ħruġ tan-nota ta’ debitu, iżda fil-mument tal-adozzjoni tar-rapport finali — Att li jista’ jiġi kkontestat — Assenza — Inammissibbiltà (Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Artikolu 35) (ara l-punti 33, 34, 40-42, 60)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tan-nota ta’ debitu Nru 3241011280 maħruġa mill-Kummissjoni fit-28 ta’ Ottubru 2010, wara li ntbagħat ir-rapport finali lill-Ungerija dwar il-clearance tal-kontijiet tal-faċilità Schengen li tirrigwarda l-għajnuna mħallsa lill-Ungerija fil-perijodu mill-2004 sal-2006.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.