Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2024 – EveMotion vs EUIPO – Wmk Trading (Paviljuni)
(Kawża T-54/24)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: EveMotion GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Dahle, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wmk Trading GmbH (Altenberge, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Paviljuni – disinn tal-Unjoni Nru 5 490 596-0003
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 436/2023-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.
____________