Rikors ippreżentat fit-18 ta' Settembru 2010 - Dosenbach-Ochsner vs UASI - Sisma (Rappreżentazzjoni ta' rettangolu bi ljunfanti)
(Kawża T-424/10)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Dosenbach-Ochsner AG Schuhe und Sport (Dietikon, l-Isvizzera) (rappreżentant: O. Rauscher, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sisma SpA (Mantova, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-15 ta' Lulju 2010, fil-Każ R 1638/2008-4.
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: trade mark figurativa li tirrappreżenta rettangolu bi ljunfati, għal prodotti fil-klassijiet 10, 16, 21, 24 u 25.
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: SISMA S.p.A.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità : trade marks figurattivi internazzjonali u nazzjonali, li jirrappreżentaw ljunfant, u t-trade mark nazzjonali verbali "elefanten" għal prodotti fil-klassijiet 24 u 25.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) u 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
1, peress li t-trade marks inkwistjoni jixxiebhu mill-aspett kunċettwali, grafiku u fonetiku u r-rikorrenti sostniet espressament li t-trade marks tagħha kisbu karattru distintiv sinjifikattiv minħabba użu intensiv jew minħabba r-reputazzjoni tagħha.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)