Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-28 ta’ Frar 2024 – PMJC SAS vs [W] [X], [M] [X], [X] Créative SAS

(Kawża C-168/24, PMJC)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PMJC SAS

Konvenuti: [W] [X], [M] [X], [X] Créative SAS

Domanda preliminari

L-Artikoli 12(2)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, u 20(b) tad-Direttiva (UE) 2015/2436 2 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-dikjarazzjoni ta’ revoka ta’ trade mark ikkostitwita mill-kunjom ta’ kreatur minħabba l-użu sussegwenti għaċ-ċessjoni f’kundizzjonijiet li jwasslu lill-pubbliku biex jemmen b’mod effettiv li dan il-kreatur għadu jipparteċipa fil-ħolqien tal-prodotti bit-trade mark minkejja li dan ma għadux il-każ?

____________

1     ĠU 2008, L 299, p. 25.

1     ĠU 2015, L 336, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 110, p. 5.