Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 213 – Steinbeck vs UASI – Alfred Sternjakob (BE HAPPY)

(Kawża T-709/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Steinbeck GmbH (Fulda, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Heinrich u M. Fischer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alfred Sternjakob GmbH & Co. KG (Frankenthal, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 32/2013-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “BE HAPPY” għal prodotti fil-klassijiet 16, 21, 28 u 30 – Trade mark Komunitarja Nru 5 310 057

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Alfred Sternjakob GmbH & Co. KG

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: raġunijiet assoluti ta’ invalidità skont l-Artikolu 52(1) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.