Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 – Monster Energy vs UASI (REHABILITATE)

(Kawża T-712/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 609/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “REHABILITATE” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 32 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 834 802

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u tal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja