Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2013 – Steinbeck vs UASI - Alfred Sternjakob (BE HAPPY)

(Kawża T-707/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Steinbeck GmbH (Fulda, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Heinrich u M. Fischer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alfred Sternjakob GmbH & Co. KG (Frankenthal, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 31/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata suġġetta għal talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “BE HAPPY” għal prodotti fil-klassijiet 9, 11 u 18 – Trade mark Komunitarja Nru 8 666 083

Trade mark Komunitarja kkonċernata: ir-rikorrenti

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Alfred Sternjakob GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat: raġunijiet assoluti għal invalidità fis-sens tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009