Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Monster Energy vs UASI (REHABILITATE)

(Kawża T-712/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali REHABILITATE – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 609/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali REHABILITATE bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż.