Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 – Steinbeck vs UASI – Alfred Sternjakob (BE HAPPY)

(Kawżi magħquda T-707/13 u T-709/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade marks Komunitarji verbali BE HAPPY – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 52(1)(a) u Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Steinbeck GmbH (Fulda, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Heinrich u M. Fischer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alfred Sternjakob GmbH & Co. KG (Frankenthal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Henn u S. Tepel, avukati)SuġġettŻewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Ottubru 2013 (Każijiet R 31/2013-1 u R 32/2013-1), dwar żewġ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Alfred Sternjakob GmbH & Co. KG u Steinbeck GmbH.DispożittivIr-rikorsi huma miċħuda.Steinbeck GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.