Language of document : ECLI:EU:T:2015:114





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 —
9Flats vs UASI — Tibesoca (9flats.com)

(Kawża T‑713/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 9flats.com — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti 50flats — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b) u 2(a)(ii); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/95, Artikolu 3(1)(b)) (ara l-punti 22, 48, 65)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark verbali 9flats.com u trade mark figurattiva 50flats (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 26, 67)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti — Rikonoxximent ta’ ċertu livell ta’ karattru distintiv ta’ trade mark nazzjonali (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b) u 2(a)(ii); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/95, Artikolu 3(1)(b)) (ara l-punti 56-59)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1671/2012‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tibesoca, SL u 9Flats GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

9Flats GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.