Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2016 – Harrys Pubar u Harry’s New York Bar vs UASI– Harry’s New York Bar u Harrys Pubar (HARRY’S BAR)

(Kawża T-711/13 u T-716/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HARRY’S BAR – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti PUB CASINO Harrys RESTAURANG – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Harrys Pubar AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: L.-E. Ström, avukat) (Kawża: T-711/13); u Harry’s New York Bar SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat) (Kawża T-716/13)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Harry’s New York Bar SA (Kawża T-711/13); u Harrys Pubar AB (intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-716/13)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każijiet magħquda R 946/2012-1 u R 995/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harrys Pubar AB u Harry’s New York Bar SA.

Dispożittiv

Fil-Kawża T-711/13, il-punti 1 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każijiet magħquda R 946/2012-1 u R 995/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harrys Pubar AB u Harry’s New York Bar SA, huma annullati.

Fil-Kawża T-716/13, ir-rikors ta’ Harry’s New York Bar huwa miċħud.

Harry’s New York Bar huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu, nofs l-ispejjeż ta’ Harrys Pubar sostnuti minn dan tal-aħħar fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Harrys Pubar matul il-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI. L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ Harrys Pubar sostnuti minn dan tal-aħħar fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

____________

1     ĠU C 112, 14.4.2014.