Language of document : ECLI:EU:T:2015:643

Kawża T‑710/13

Bundesverband Deutsche Tafel eV

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali Tafel — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Settembru 2015

1.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

2.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

3.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark verbali Tafel

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

4.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 15)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 16-19)

3.      Mill-perspettiva tal-pubbliku li jitkellem bil-Ġermaniż, is-sinjal verbali Tafel ma għandux karattru deskrittiv, fis-sens tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja, tas-servizzi ta’ “Ġbir, trasport u tqassim ta’ oġġetti tal-użu ta’ kuljum, inkluż ikel għal terzi persuni, speċjalment għal dawk li huma fil-bżonn”, li jaqgħu taħt il-Klassi 39 skont il-Ftehim ta’ Nice, u tas-“Servizzi personali u soċjali provduti minn terzi persuni marbuta ma’ ħtiġijiet individwali”, li jaqgħu taħt il-Klassi 45 tal-imsemmi arranġament.

Il-kelma Ġermaniża “Tafel” fis-sens tal-kelma “mejda” ma tippreżentax, mas-servizzi inkwistjoni, rabta diretta u konkreta ta’ natura li tippermetti lill-pubbliku kkonċernat jipperċepixxi, minnufih u mingħajr riflessjoni oħra, deskrizzjoni tal-imsemmija servizzi. Anki jekk l-imsemmija servizzi jistgħu, f’ċerti każijiet, jitwettqu fuq mejda, fost oħrajn għas-servizzi ta’ ristoranti, dan ma huwiex neċessarjament il-każ. Din l-evalwazzjoni hija mingħajr ħsara għal dak li jista’ jiġi deċiż fir-rigward ta’ sinjifikanti oħra tal-kelma “Tafel”, mhux analizzati mill-Bord tal-Appell.

(ara l-punti 21, 31, 34, 35, 37)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 44)