Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ġunju 2007 - Nuova Gela Sviluppo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-65/04)1

("FEŻR - Għeluq ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja - Rikors għal annullament - Rikors għal kumpens - Klawżola ta' arbitraġġ")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nuova Gela Sviluppo Soc. Cons. pa, li qabel kienet Gela Sviluppo Soc. Cons. pa (Gela, l-Italja) (rappreżentant: P. Menchetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u M. Velardo, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Prinċipalment, l-annullament ta' deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2003 dwar l-għeluq ta' l-għajnuna FEŻR 98.05.26.001, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis ta' l-għajnuna, l-irtirar mill-għajnuna u l-irkupru tal-bilanċ finali ta' l-għajnuna, kif ukoll l-annullament tal-punt 6.2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SEC (1999) 1316, tad-9 ta' Settembru 1999, dwar linji gwida għall-għeluq finanzjajru ta' interventi operattivi (1994-1999) tal-Fondi Strutturali, u, sussidjarjament, il-kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti u l-eżekuzzjoni tal-ftehim tat-13 ta' Settembru 1999 konkluż bejn ir-rikorrenti u l-Kummissjoni.

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud.

Nuova Gela Sviluppo Soc. Cons. pa, hija kundannata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 106 tat-30.04.2004.