Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Ġunju 2007 - Budĕjovický Budvar vs L-UASI - Anheuser-Busch (BUD)

(Kawżi magħquda T-60/04 sa T-64/04)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali BUD - Denominazzjonijiet ta' oriġini rreġistrati skond il-Ftehim ta' Liżbona - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Ċaħda ta' l-oppożizzjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Budĕjovický Budvar, národní podnik (České Budĕjovice, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: F. Fajgenbaum, Avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u I. de Medrano Caballero, aġenti)

Parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Anheuser-Busch, Inc. (Saint-Louis, Missouri, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment V. von Bomhard, A. Renck, A. Pohlmann, D. Ohlgart u B. Goebel, sussegwentement V. von Bomhard, A. Renck, D. Ohlgart u B. Goebel, Avukati)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament ta' ħames deċiżjonijiet tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-3 ta' Diċembru 2003 (każijiet R 107/2003-2, R 111/2003-2, R 114/2003-2, R 115/2003-2 u R 122/2003-2) dwar proċeduri ta' oppożizzjoni bejn Budĕjovický Budvar, národní podnik u Anheuser-Busch, Inc.

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikorsi fil-kawżi magħquda T-60/04 sa T-64/04 huma miċħuda.

Budĕjovický Budvar, národní podnik għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 94 tas-17.04.2004.